X'Inhu Storja Animalta?


Storja Animalta hija serje animata li tittratta l-istorja u l-wirt kulturali ta’ Malta. Kull episodju ser jipprovdi narrattiva sempliċi u ħelwa li ser tiffoka fuq karattru, grupp ta’ nies, jew perjodu.

L-episodji ser ikunu miżgħuda b’informazzjoni fattwali li tgħin lill-udjenza tifhem aħjar il-kuntest ta’ kull episodju. Kull storja ser tieħu lill-udjenza fuq mawra tul iż-żminijiet differenti tal-istorja Maltija. Dan huwa mod aċċessibbli biex l-udjenza tibni pedament tajjeb biex tifhem l-istorja ta’ Malta. Il-mod kif ser jiġu ppreżentati l-episodji ser ikun b’xejra ħafifa u interessanti biex tintlaħaq udjenza varja. L-iskop tal-programm mhux li jinħoloq trattat storiku iżda li jiġi mqanqal interess fis-suġġett f’min qiegħed jara l-programm.

Il-programm Storja Animalta ser jintwera fuq ONE TV fl-iskeda tal-Ħarifa 2019.

Fil-Qosor


Tip ta’ Programm:
Docufiction Animat

Stazzjon:
ONE

Jibda:
30 ta’ Settembru 2019

Udjenza:
Studenti u Adulti Żgħar

Lingwa:
Malti

Storja Animalta huwa kofinanzjat mill-lKunsill Malti Għall-Arti


Ħin:
It-Tnejn, fit-20:30

Numru ta’ Episodji:
7

Tul tal-Episodji:
22-24 minuta

Il-Kollaboraturi Tagħna

Storja Animalta huwa prodott minn


F’kollaborazzjoni ma’


Ibqa’ Aġġornat


Kellimna


Għandek interess tikkollabora jew trid tirreklama magħna? Ejja nitkellmu!